Friday, April 26, 2024

Weġġa’ gravi wara tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li llum għall-ħabta tas-1.30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Luqa kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Mitt Max, tilef il-kontroll u nqaleb.

Waqt dan linċident ġarbet xi ħsarat Kia li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena mill-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta’ l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport