Monday, May 13, 2024

Baħar ta’ nies f’San Ġiljan għall-festa ta’ San Patrizju

Aqra wkoll

San Ġiljan bħalissa hu miżgħud bin-nies hekk kif eluf ta’ persuni qegħdin jiċċelebbraw il-festa ta’ San Patrizju. Il-maġġoranza ta’ dawk li jattendu jilbsu ħwejjeġ fl-aħdar jew kappell tradizzjonali li hu marbut ma’ din il-festa.

Din il-festa hija popolari ferm madwar id-dinja kollha li rat il-bidu tagħha fl-Irlanda biex ifakkru l-pattrun tagħhom. Għal din il-festa wkoll hija tradizzjoni li tinxtorob il-birra tant magħrufa mal-Irlandiżi.

Jingħad li San Patrizju wara li għamel snin sħaħ bħala skjav, kien mar lejn l-Irlanda u hemm beda jikkonverti lin-nies għar-reliġjon Nisranija.

Sport