Sunday, December 22, 2024

Għalliema akkużata li għamlet is-sess ma’ student ta’ 15-il sena… issa issib li hi tqila minnu

Aqra wkoll

Għalliema li qed tkun akkużata quddiem il-qorti li għamlet is-sess ma’ student ta’ 15-il sena issa sar magħruf li hi tqila minnu.

Il-każ seħħ f’Doral fi Florida. L-għalliema ta’ 41 sena, Heiry Calvi kienet arrestata ftit jiem ilu u dan wara li saret investigazzjoni.  Il-każ imur lura għal Marzu li għadda meta l-istudent beda juri filmat fuq il-mowbajl tiegħu lil studenti oħra. Il-filmat kien qed juri lilu u lil għalliema jkollhom x’jaqsmu ma’ xulxin.

Jidher li kien hemm student li ddeċieda li jirrapporta dwar dak li ra lill-Prinċipal tal-Iskola.  Immedjatament uffiċjali ikkonfiskaw il-mowbajl tal-istudent u raw il-filmat. Huma sabu ukoll għadd ta’ ritratti li kienu juru l-atti li saru. 

Il-Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom sabu ukoll messaġġi bejn l-għalliema u l-istudent,  Fl-investigazzjoni ħareġ li dak li sar kien seħħ f’kunsens tal-istudent.

Il-Pulizija minn naħa tagħhom sostnew li “tifel taħt l-età m’għandux l-awtorità legali  li jagħti kunsens għal atti sesswali, anki jekk dak it-tifel jgħid li jistgħu isiru. Ir-responsabbilità hi fuq l-adult.  Din hi xi ħaġa li l-għalliema kienet taf li ma tistax twettaq”, sostniet il-Pulizija.

Ekonomija

Sport