Saturday, December 21, 2024

“Għamilna ħamest ijiem ngħixu fil-basement nittamaw li l-kunfitt se jintemm” – Stasya Karmazina

Aqra wkoll

F’ġimagħtejn ta’ kunflitt fl-Ukrajna, qegħdin dejjem naraw aktar il-kriżi umanitarja. Skejjel u sptarijiet attakkati. Nies ċivili li nqatlu waqt li kienu għaddejin bil-bagalji biex imorru għal post sigur. Rajna xeni ta’ qsim il-qalb fi stazzjonijiet tal-ferroviji. Familji jinfirdu. Tfal u ommijiet imorrru għal postijiet aktar siguri u l-missirjiet jibqgħu fl-ibliet biex jiġġieldu. Min jaf xi ħsibijiet għaddej minn moħħ dawk il-persuni waqt li kienu qegħdin jgħaddu dawk l-aħħar mumenti flimkien qabel jinfirdu. Żgur li minn moħħhom kien għaddej il-ħsieb tal-biża’, jekk dik hix se tkun l-aħħar darba li se jaraw lil xulxin.

Diversi Ukreni ma joqgoħdux lura milli jikkummentaw, minkejja li hemm ħafna li qed joqogħdu lura. Stasya Karmazina tiddikjara li hi kienet tgħix fiċ-ċentru ta’ Kharkiv. Tiddeskriviha bħala belt mill-isbaħ.  Tgħid li “kont ngħix hemm ma’ żewġi u ma’ binti. Kellna negozju li kien sejjer tajjeb. Konna qed nippjanaw birex nieħdu vaganza f’Mejju. Konna qed ngħixu ħajja tajba qabel l-invażjoni. Imbagħad ġiet il-ġurnata tal-24 ta’ Frar. Bdiet l-invażjoni.  Fl-ewwel jiem il-bombi u l-missili bdew jaqgħu f’faċilitajiet militari. Meta l-belt ma ċedietx, beda jiġi attakkat kollox. Żoni residenzjali, skejjel u anke iċ-ċentru storiku tal-belt. Għal ħamest ijiem qgħadna fil-basement.  Konna qed nittamaw li l-kunflitt jintemm fi żmien qasir. Dan imma aktar mar għall-agħar.”

Ekonomija

Sport