Sunday, October 27, 2024

Għamlet jumejn sħaħ taħt it-tifrik qabel ma ġiet salvata

Lara Abu Alkas tasal Malta biex tingħata l-kura

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu waslet Malta Lara Abu Alkas, tifla ta’ 10 snin minn Gaża, biex tingħata l-kura wara li kienet indarbet f’attakk mill-ajru minn Iżrael fuq il-medda ta’ Gaża. Għalkemm salvat mill-attakk, Lara spiċċat biex tilfet id-dawl ta’ għajnejha l-leminija.

Lara kienet evakwata minn Gaża flimkien ma’ ommha biex tiġi hawn Malta, bil-Gvern se jagħmel tajjeb għall-kura tagħha. Il-vjaġġ tagħha lejn Malta seta’ jkun possibbli grazzi għal donazzjonijiet li nġabru b’risq tfal feruti f’Gaża kif ukoll għall-ħidma mill-Ambaxxata Palestinjana f’Malta u l-Gvern Malti.

Lara hi t-tieni tifla li nġiebet Malta għall-kura wara li fi Frar li għadda waslet f’pajjiżna minn Gaża ċ-ċkejkna Selah Hajras ta’ tliet snin. Selah kienet indarbet f’riġlejha u anke kienet mitlufa sakemm instabet minn missierha wara appell li kien għamel fuq il-midja soċjali.

Sport