Monday, May 13, 2024

Julen Lopetegui viċin ħafna ta’ AC Milan

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Taljani qed jgħidu li Julen Lopetegui jista’ jkun il-kowċ il-ġdid ta’ AC Milan għall-istaġun li ġej u għalhekk jieħu post Stefano Pioli li se jħalli din il-kariga fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. L-istess ġurnali qalu li d-diriġenti Rossoneri għandhom lest kuntratt ta’ tliet snin għall-kowċ Spanjol b’salarju ta’ €4 miljun kull staġun.

Lopetegui għandu 57 sena u barra t-tim nazzjonali Spanjol, mexxa wkoll lil Seville, Porto, Real Madrid u Wolves fost l-oħrajn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport