Friday, April 26, 2024

“Għandi simpatija kbira lejn Puttinu u lesta li nibqa’ ngħin mill-ftit li naf”

Gwen - tifla li tat donazzjoni ta’ €1,165 lil Puttinu mill-bejgħ tal-kejkijiet

Aqra wkoll

Ta’ kull sena, Gwen tgħin lil Puttinu Cares billi tħejji ammont ta’ kejkijiet — magħrufa magħha bl-isem ‘Christmas Rocky Road Cakes’ — li l-flus mill-bejgħ tagħhom imorru għal Puttinu. Din is-sena rnexxielha tiġbor is-somma ta’ €1,165.

Gwen hija tifla ta’ 10 snin li m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni man-nies li huma dilettanti tat-tisjir, hekk kif ta’ spiss taqsam xi riċetta mas-segwaċi tagħha, permezz tal-midja soċjali, li tkun pruvat waqt il-ħin liberu tagħha.

F’kumment li ħalliet Gwen fuq il-paġna ta’ Puttinu hija qalet: ”Minn qalbi dak li nagħmel. Grazzi lil kulħadd tas-sapport li nsib. Jien lis-segwaċi tiegħi nħobbhom ħafna għax kieku ma jkunux huma, jien ma kontx nasal s’hawn”.

Hija kompliet tgħid li “Kif jaf kulħadd, għandi simpatija kbira lejn Puttinu u lesta li nibqa’ ngħin mill-ftit li naf”.

Sport