Wasal Malta l-eks difensur leġġendarju Brażiljan, Ze Maria. Huwa nġieb f’Malta minn Internatioanl Football Academy Malta, li hija mmexxija minn Nicky Baldacchino, fejn se jkun qed imexxi kamp ta’ taħriġ ta’ tliet ijiem fil-grounds taż-Zurrieq.
Dan is-sit kien preżenri l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn ħadlu l-ewwel kummenti esklussivi tiegħu, b’Ze Maria jgħid li din hija t-tieni darba tiegħu f’Malta u għandu stima kbira lejn pajjiżna.
Fiost ograjn huwa saahq li lura fl-2014 kien viċin li jingħaqad bħala kowċ ta’ Hibernians, iżda mbagħad kollox sfaxza fix-xejn.
Fil-karriera tiegħu, fost oħrajn huwa lagħab ma’ Inter, Parma, Perugia u Flamengo kif ukoll 25 darba bil-flokk tat-tim nazzjonali Brażiljan.
Intervista sħiħa tidher fil-jiem li ġejjin fuq l-Orizzont.