Monday, December 23, 2024

“Għandna naħsbu wkoll f’dawk li m’għandhomx vuċi”

L-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-festa ta’ San Ġwann Appostlu u Evanġelista, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rrimarka kif kull wieħed u waħda minna għandu missjoni differenti f’ħajtu. Dan hekk kif kulħadd jgħix ħajja differenti; min hu miżżewweġ, min għandu vokazzjoni u min jgħix waħdu. Hu spjega kif Alla lkoll tagħhom diversi missjonijiet bħalma hu ta lill-Appostlu San Ġwann.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof irrifletta fuq l-aspett uman. Hu qal li kull individwu għandu jkun dejjem ambjent ta’ ħlewwa u ta’ ħarsien għal kulħadd. Sabiex b’hekk jiġu mħarsa dawk kollha li ma għandhomx vuċi. Spjega wkoll li anke dawk li għadhom ma twieldux għandhom jiġu mħarsa.

Għaldaqstant l-Arċisqof sostna wkoll li llum l-Innu Malti għalaq mitt sena minn mindu ndaqq l-ewwel darba fl-1922 fit-Teatru Manoel. Stqarr li l-innu Malti huwa innu forma ta’ talba lil Alla. Fih hemm miktub li aħna qegħdin nitolbu għad-dawl u dehen, għat-tjieba u għas-saħħa lil-ħaddiema, kif ukoll għal paċi u għas-sliem.
Għaldaqstant l-Arċisqof Charles Scicluna temm l-omelija tiegħu billi qal biex navdaw l-interċezzjoni ta’ Marija għal pajjiżna filwaqt li faħħarha bit-talba ddedikata lilha, bit-talba tas-Sliema.

Ekonomija

Sport