Sunday, May 5, 2024

Tfittxija għal teenager li dehret l-aħħar f’Rainhill Merseyside

Aqra wkoll

Il-Pulizija Ingliża bħalissa għaddejja bi tfittxija għal teenager li ġiet irrappurtata nieqsa fis-sigħat li għaddew.

Lillie-Mae, teenager ta’ 14-il sena, dehret l-aħħar fiż-żona ta’ Rainhill f’Merseyside lbieraħ waranofsinhar. Kienet liebsa buz twil bil-lazzijiet ħodor, libsa sewda qasira b’t-shirt fuqha u hoodie iswed.

Hija ġiet deskritta mill-Pulizija bħala teenager li għandha xagħarha iswed u twil sa spallejha, għajnejha blu, u għandha misluta fi mneħirha.

Il-Pulizija tappella sabiex kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar din it-teenager, jgħaddihielhom mill-iktar fis possibbli.

Sport