Mara l-isptar wara inċident bejn karozza u mutur f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:50am bejn Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti Għajnsielem u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien.

Il-mara kienet passiġġiera fuq il-mutur. Fuq il-post intalbet l-assistenza medika biex tingħata l-kura meħtieġa lill-persuni involuti.

Il-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhix magħrufa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport