Raġel iweġġa’ gravi wara ħabta bejn tliet karozzi f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 69 sena residenti l-Iklin ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00am, fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 88 sena residenti Birkirkara u Audi A3 misjuqa minn Kroat ta’ 35 sena.

Konsegwentement, l-Audi spiċċat fil-karreġġjata opposta, fejn ħabtet ma’ Mazda Demio misjuqa mill-vittma.

Fuq il-post wasal tim mediku biex jassisti lill-persuni involuti, filwaqt li r-raġel ta’ 69 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.

Iż-żewġ sewwieqa l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport