Is-Sibt 14 ta’ Diċembru fil-Pjazza Indipendenza r-Rabat Għawdex saret attività organizzata mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanat, b’tifkira tal-50 sena ta’ Malta Repubblika (1974 – 2024).
Attivita li kienet tikkonsisti f’kunċert mużikali bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella tal-belt Victoria. Saru diskorsi min kelliema fosthom il-Ministru Clint Camilleri dwar dwar il-ġrajjiet ta’ l-istorja ta’ Malta sakemm pajjizna sar Repubblika.
Wara d-diskors il-President Myriam Spiteri Debono kixfet lapida mal-binja tal-Banca .Giuratale li tinsab fl-istess pjazza tar-Rabat Għawdex bħala tifkira tal-50 sena Malta Repubblika.