It-tournament esibizzjonali tat-tennis Six Kings Slam fl-Arabja Sawdija ġie pospost minħabba l-kunflitt reġjonali u l-attakki fatali f’Riyadh.
It-tournament, li kellu jibda fil-21 ta’ Ottubru, kien se jlaqqa’ fost oħrajn lil Carlos Alcaraz, Novak Djokovic u Alexander Zverev.
L-avveniment issa se jsir bejn is-27 u t-30 ta’ Diċembru. Intant, diversi logħbiet tal-kampjonat Sawdi ġew posposti wkoll, fosthom dik ta’ Al-Nassr ta’ Cristiano Ronaldo.
Il-Formula 1 fil-Qatar u Abu Dhabi jistgħu wkoll jiġu affettwati minħabba l-kunflitt, filwaqt li l-Asian Tour qed tevalwa s-sitwazzjoni qabel it-tournament tal-golf f’Novembru.




