Thursday, October 15, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Man City ibaxxu rashom quddiem il-qawwa taċ-champions Paris St-Germain

UEFA Champions League: Man City ibaxxu rashom quddiem il-qawwa taċ-champions Paris St-Germain

0
38

Paris Saint-Germain kisbu rebħa storika ta’ 4-2 kontra Manchester City fl-Etihad Stadium, biex kabbru s-sensiela mingħajr telfa fiċ-Champions League għal 12-il partita. 

Desire Doue (13) u Ousmane Dembele (15) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals qabel Vitinha żied it-tielet goal fit-32 minuta.

Erling Haaland (53) naqqas id-distakk għas-City fit-tieni taqsima, iżda żball tal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma ppermetta lil Maghnes Akliouche (62) jagħmel l-iskor 4-1. Fil-75 minuta, Haaland skorja t-tieni goal personali, iżda s-City ma rnexxilhomx iwettqu rimonta. 

PSG temmew ukoll is-sensiela ta’ tmien rebħiet konsekuttivi ta’ City fil-kompetizzjonijiet kollha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here