Aston Villa rreġistraw rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Fenerbahce fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, wara wirja dominanti fl-ewwel taqsima.
Johan Manzambi (12) fetaħ l-iskor b’xutt devjat, qabel Nicolas Jackson (31, 39) skorja darbtejn biex poġġa lil Villa 3-0 minn fuq sal-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima, Ross Barkley (68) skorja minn penalty u żied goal erba’ minuti wara, qabel Tammy Abraham (93) issiġilla r-rebħa fil-ħin miżjud.
Din kienet il-11-il rebħa konsekuttiva ta’ Villa f’darhom filkompetizzjonijiet Ewropej, u l-ewwel rebħa tagħhom f’Villa Park dan l-istaġun.
It-Torok komplew isofru kontra Villa, mingħajr ma skorjawlhom f’erba’ konfronti.





