L-ewwel midalji fid- dixxiplina tal-qbiż intrebħu fil-finali tat-3 metri springboard sinkronizzat.
Hawnhekk kienu ċ-Ċiniżi, li jidhru li se jerġgħu jiddominaw meta l-koppja Cao Yuan u Wang Zongyuan rebħu l-midalja tad-deheb b’total ta’ 459.18 punti.
Il-midalja tal-fidda rebħuha l-Britanniċi Anthony Harding u Jack Laugher bil-punteġġ totali li ngħataw ikun ta’ 451.71 filwaqt li l-fidda marret għand il-Ġermaniżi, Timo Barthel u Lars Rudiger, li t-total tagħhom kien ta’ 406.44 punti.