Saturday, December 21, 2024

Għawm: Jinkisru aktar rekords tal-age groups

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta ospitat it-tielet u l-aħħar ġurnata tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq f’dawk li kienu l-aħjar kundizzjonijiet tat-temp għall-avveniment mifrux fuq tlett ijiem.

Fil-kompetizzjoni tal-lum Caine Schembri kompla jagħti riżultati tajbin wara li stabbilixxa Rekord ieħor ta’ Age Group, din id-darba fl-avveniment tal-100m Breaststroke fejn għamel ħin ta’ 1:12.76. Dan il-ħin jieħu post il-ħin tas-1:14.16, li huwa stabbilixxa f’Ġunju 2021, fil-Gżira.

Sophia Allen stabbiliet ukoll rekord ta’ Age Group fl-avveniment tal-50m Butterfly. Allen stabbilixxiet ħin ta’ 31.93, fejn dan il-ħin għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 32.21 stabbilit minn Kristina Fino fl-2013, fil-Ġermanja.

L-avveniment ta’ tlett ijiem rat Age Group Records stabbiliti minn Ella Fenech Attard (100m, 200m butterfly u 400m Medley), Matthew Satariano (50m freestyle, 100m butterfly) u Caine Schembri li stabbilixxa wkoll rekords fl-avvenimenti tal-50m, 100m u 200m breaststroke.

Wara tmiem il-kompetizzjoni, Sliema ASC ġew iddikjarati rebbieħa tat-Trofew tal-Klabbs tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm. Sliema ġabru total ta’ 964 punt. It-trofew ġie ppreżentat lil Matthew Galea, Captain tat-tim Slimiz,  mill-President tal-ASA Joe Caruana Curran.

“Il-Kampjonati Nazzjonali jġibu fi tmiemu staġun ta’ kompetizzjoni ta’ suċċess. Minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19, l-ASA u l-Clubs ħadmu mill-qrib biex jażżertaw ambjent sikur tat-tlielaq għal kulħadd. Grazzi tmur lil dawk kollha involuti” ikkummenta l-President tal-ASA Joe Caruana Curran fl-għeluq tal-attività.

Ekonomija

Sport