Friday, April 19, 2024

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Kasper Trot inaqqax ismu fuq it-Tazza tal-President

Aqra wkoll

Misjuq minn Rodney Gatt, l-Iżvediż Kasper Trot rebaħ l-edizzjoni 2021 tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna tal-awtorità Equestri Malta, għamlet parti mill-45 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. 

Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Sir Q.C. (Paul Galea) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn I Won’t Dance (Michael Ellul) u Pablo Andover (Daniel Hili). Il-finali ħadet svolta oħra 500m mil-linja finali meta beda jattakka fuq in-naħa ta’ barra Kasper Trot li f’idejn Rodney Gatt mar quddiem fl-aħħar metri u ħareġ rebbieħ b’nofs tul minn Liam Dana (Charles Camilleri) u Gross Weight (Noel Baldacchino). Duke of Mearas (Ludvic Ghigo) temm warajhom fir-raba’ post. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.5” fil-kilometru u għalih din kienet il-ħames rebħa tas-sena. 

Fi tmiem il-finali, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, ippreżenta t-trofew prestiġjuż lil Rodney Gatt u Jonathan Zammit, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Responsabbli mill-Isport Clifton Grima u l-ogħla uffiċjali tal-Malta Racing Club. 

Il-programm inkluda wkoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Gold għal żwiemel Franċiżi fuq distanza twila. Fl-ewwel waħda s-sewwieq żagħżugħ Leon Tanti ħa l-ewwel rebħa fil-karriera waqt li kien qiegħed isuq lil Brin De Noblesse. 

Intant nhar il-Ħadd li ġej jinżel is-siparju fuq l-istaġun 2021 bl-aħħar programm uffiċjali ta’ din is-sena u li jinkludi ħames finali għal żwiemel Franċiżi organizzati bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Franċiża Le Trot. L-ewwel tiġrija tibda fis-1pm.  

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Douglas (R. Gatt) Ħin – 3.22.3” (1.16.8”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Croque Tout (J. Gafa’) 4. Digital Life (C. Camilleri)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Felin Du Dropt (C. Vassallo) Ħin – 3.22.3” (1.16.6”) 2. Astral De Beaumee (P. Galea) 3. Diego JYL (J. Zahra) 4. Drole De Destin (J. Said)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Dream Turgot (K. Saliba) Ħin – 3.17.6” (1.14.8”) 2. Colorado Telbe (C. Vassallo) 3. Call Of De Cormon (G. Gatt) 4. Bionda De Tilou (J. Gafa’)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Estoc Nogentais (R. Magro) Ħin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Fan de L’Iton (J. Attard) 3. Verdi Des Charmes (J. Spiteri) 4. Darius Du Pouget (P. Galea)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Brin De Noblesse (L. Tanti) Ħin – 3.20.2” (1.15.8”) 2. Atout De Montbrun (R. Gatt) 3. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) 4. Business Du Bourg (C. Vassallo)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Elton Magic (C. Vassallo) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Elite Angel (Cherise Farrugia) 3. Falcon Du Hamel (P. Galea) 4. Doora (R. Gatt)

VII Tiġrija. Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Kasper Trot (J. Zammit) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Liam Dana (C. Camilleri) 3. Gross Weight (N. Baldacchino) 4. Duke of Mearas (L. Ghigo) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Delta De L’Erdre (C. Camilleri) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Venicio Bello (A. Cassar) 3. Dgin Du Caux (J. Gafa’) 4. Bajazet (M. Mizzi)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Badou (C. Gauci) Ħin – 3.24.28” (1.17.4”) 2. Coyote du Relais (M. Farrugia – Niger) 3. Aimant (M. Fenech) 4. Viking du Sarthon (N. Baldacchino)

Sport