Friday, April 19, 2024

Motorsport: L-aħwa Camilleri jiddominaw l-ewwel żewġ postijiet

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru, Island Car Club organizza s-seba’ u l-aħħar round tat-Transport Malta England Insurance National Hillclimb Championship fl-Imtahleb.

L-aħwa Keith u Kurt Camilleri sfidaw lil xulxin sal-aħħar tiġrija tal-istaġun. Kurt beda dan is-seba’ round bi 48 punt filwaqt li Keith segwa mill-viċin bi 42 punt. Kurt spiċċa erba’ rounds fl-ewwl post u t-tlieta l-oħra fit-tieni post. Keith spiċċa tliet rounds fl-ewwel post u erbgħa fit-tieni. Keith rebaħ ukoll is-seba’ u l-aħħar round nhar il-Ħadd fl-Imtahleb.

L-aħwa Camilleri ddominaw l-ewwel żewġ postijiet fis-seba’ rawnd. B’Keith jispiċċa l-ewwel, jagħmel il-punti totali tiegħu 51 u Kurt jispiċċa fit-tieni b‘54 punt, Kurt issa huwa ċ-champion nazzjonali tal-Hillclimb tas-sena 2021. B’din il-kisba, Kurt segwa fuq il-passi ta’ missieru Hubert u ħuh Keith.

Mauro Portelli temm is-seba round u kampjonat nazzjonali tal-2021 fit-tliet post bi 23 punt.

Chris Aquilina kien l-aktar veloċi f’karozza four-wheel-drive, Edward Calleja kien l-aktar veloċi f’karozza rear-wheel-drive, u Etienne Grech l-aktar veloċi fuq karozza front-wheel-drive.

Roberto Gauci ġie magħżul bħala sewwieq tal-ġurnata ta’ Transport Malta.

Matul dan il-kampjonat, il-kumitat ta Island Car Club kien kompost minn Jeremy Cassar, Robert Muscat, Lisette Agius, Chris Tabone, James Dunford, u Jean Vella.

Sport