Għaxaq Boċċi Club kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Santa Venera 21-4. L-Għaxqin jinsabu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika u żammew il-konsistenza li biha bdew dan il-kampjonat.
Fit-tieni post hemm St Peter’s Żabbar li jinsabu punt biss warajhom hekk kif iddominaw il-konfront tagħhom kontra Żebbuġ 21-1.
It-tim fit-tielet post sofrew it-tieni telfa staġjonali wara li ġew megħluba minn Żurrieq 21-14. Logħba ferm kumbattuta kienet dik bejn Buġibba u Birkirkara b’tal-ewwel li rebħu 21-20.
F’aktar riżultati, Lija għelbu lil Qormi San Bastjan 21-11 filwaqt li Żejtun kisbu rebħa tajba ta’ 21-7 kontra San Ġwann.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI:
Għaxaq 8, St Peter’s Żabbar 7, Msida 6, Żejtun, Lija 5, Żurrieq 4, Birkirkara, Santa Venera 3, San Ġwann, Buġibba, Żebbuġ 2, Qormi San Bastjan 1
Għaxaq Boċċi Club extend winning run with eighth consecutive victory in First Division
Għaxaq Boċċi Club registered their eighth consecutive victory in the First Division championship after comfortably defeating Santa Venera 21-4. The Għaxaq side remain alone at the top of the standings and have maintained the consistency with which they started the season.
In second place are St Peter’s Żabbar, just one point behind the leaders, after they dominated their encounter against Żebbuġ with a convincing 21-1 victory.
Third-placed Msida suffered their second defeat of the season after losing 21-14 to Żurrieq. Meanwhile, a closely contested match between Buġibba and Birkirkara ended with the former edging the contest 21-20.
In other matches, Lija defeated Qormi San Bastjan 21-11, while Żejtun secured a solid 21-7 win over San Ġwann.
First Division Standings:
Għaxaq 8, St Peter’s Żabbar 7, Msida 6, Żejtun and Lija 5, Żurrieq 4, Birkirkara and Santa Venera 3, San Ġwann, Buġibba and Żebbuġ 2, Qormi San Bastjan 1.

