Iċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ Ħal Far se jkun magħluq sa nhar il-Ħadd li ġej, id-19 ta’ Ġunju. Dan minħabba li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet.
Dan iċ-Ċentru jerġa’ jiftaħ nhar bħal-lum ġimgħa — it-Tnejn, l-20 ta’ Ġunju.
Sadanittant, f’każ li tirrikjedi s-servizz taċ-Ċentru għall-Iskart Goff, inti tista’ żżur l-eqreb ċentru f’Ħal Luqa jew kwalunkwe ċentru ieħor tal-għażla tiegħek.
Għal aktar informazzjoni dwar il-lokalitajiet ta’ dawn iċ-ċentri, il-ħinjiet tal-ftuħ u informazzjoni dwar l-iskart goff, tista’ żżur is-sit https://www.wsm.com.mt/mt/ca-sites