Wednesday, October 9, 2024

Għotja ta’ demm minn Inter Supporters’ Club (Gozo)

Aqra wkoll

Il-club tas-Supporters Għawdxin tal-Inter, bħala tifkira tar-rebħ tal-Kampjonat 2023-24, organizza għal membri tiegħu l-Għotja tad-Demm nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2024.

Huwa kienu mmexxija mill-President tal-Klubb Joe Bajada fejn f’din l-okkażjoni qal li huwa ferm xieraq li wara s-sodisfazzjon kbir tat-tieni stilla bir-rebħ tal-Iscudetto, huma ħasbu biex ikunu taʼ għajnuna kbira għal xi ħadd fil-bżonn billi sempliċement taw id-demm.

Bajada qal li huwa daqshekk faċli li ssir l-eroj ta’ xi ħadd u dan billi b’dan il-ġest ferm nabbli jistgħu jagħmlu lil ħafna nies aktar ferħanin. Fuq kollox din l-għotja tassoċja tajjeb mal-motto tal-Inter Supporters Club Gozo (Malta) li jgħid, ’Klubb żgħir iżda b’qalb kbira’.

Filwaqt li huwa radd ħajr lil dawk li marru jagħtu d-demm, huwa appella biex iktar partitarji jieħdu dan l-eżempju ta’ umanità u simpatija għall-oħrajn, biex huma wkoll iduqu dawn il-mumenti ta’ ferħ għax dak li nirċievu f’ħajjitna jitkejjel minn kemm aħna lesti li nagħtu. 

B’donazzjoni ta’ pinta demm tista’ ssalva tliet ħajjiet; ġest wieħed jista’ joħloq miljun tbissima.

Sport