Wednesday, July 24, 2024

Gian Piero jaċċenna dwar l-insostenibbiltá fil-football Ewropew

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Atalanta, Gian Piero Gasperi­ni, kompla jaċċenna l-insostenibbiltà dejjem tikber tal-football Ewropew, u enfasizza kif ‘mhux Inter biss’ huma l-problema.

It-tattiku Taljan, li mexxa lit-team ta’ Bergamo għal titlu storiku tal-Europa League wara l-aħħar rebħa tagħhom fuq Bayer Leverkusen ix-xahar li għadda, qajjem fermet il-Ħadd meta tkellem fil-konferenza stampa tiegħu ta’ wara l-partita kontra Fio­rentina, u sejjaħ clubs ‘fi djun ta’ biljuni’, jimmira l-kumment lejn in-Nerazzurri.

Gasperini kien imsemmi ħafna ma’ ċaqliq ma’ Napoli dan is-sajf, iżda fl-aħħar iddeċieda li jkompli jaħdem ma’ Atalanta. Issa huwa mistenni li jiffirma kuntratt ġdid ma’ La Dea fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proġett tiegħu fil-club jidħol fid-disa’ staġun tiegħu f’Bergamo.

Meta tkellem ma’ radju Taljan, Gasperini enfasizza kif Inter mhumiex l-uniku club bi problemi ta’ dejn fl-Ewropa.

“Mhux Inter biss. Madwar l-Ewropa kol­lha, fl-Ingilterra jew fi Spanja, forsi mhux fil-Ġermanja għax Bayern dejjem kienu attenti ħafna, it-timijiet li jirbħu għandhom kundizzjonijiet warajhom li mbagħad jifilħuhom għax għandhom firxa daqshekk wiesgħa ta’ possibbiltajiet biex jirkupraw ċertu djun li Atalanta assolutament ma jistgħux jaħsbu dwarhom.”

Huwa ta l-ħsibijiet tiegħu dwar in-nuq­qas ta’ sostenibbiltà fil-football Ewropew.

“Din hija n-nuqqas ta’ sostenibbiltà tal-football fl-Ewropa li ġabet ħafna problemi u wasslet biex jipprovaw joħolqu Super League Ewropew u issa Champions League saħansitra differenti, dejjem bl-idea li jagħmlu ħafna aktar flus.

“Qatt mhu biżżejjed għax dawn it-timi­jiet li jirbħu jispiċċaw jitilfu. L-eżem­pju ta’ Atalanta huwa uniku għax irbaħna f’kundizzjonijiet ekonomiċi b’saħħithom.”

Gasperini attakka l-kwistjoni tas-Super League Ewropew.

“Din hija r-realtà tal-fatti. Ovvjament, jeżistu mijiet ta’ differenzi biex ikunu jistgħu jistabbilixxu kuntratti u jixtru players ġodda u jaqtgħu lit-timijiet l-oħra kollha.

“Irridu niġbdu l-attenzjoni għax dawn hu­ma affarijiet li jiġru darba kultant, bħal Leicester City fil-Premier League. Iżda mhux probabbli li jkunu ripetuti.”

Huwa kkummenta dwar kif l-affarijiet hu­ma differenti issa meta mqabbla mal-passat.

“Huwa ħafna iktar diffiċli llum milli għal Verona fl-1985 li jkunu kompetittivi għall-Iscudetto. Hemm differenza ta’ 25 punt bejna u bejn Inter. Sempliċement li tkun fiċ-Champions League hija kisba kbira, allura huwa tajjeb li n-nies jistgħu joħolmu li jagħmlu xi ħaġa aktar u ħadd ma jżomm lura.”

Fl-aħħarnett, Gasperini ddiskuta l-passi li jmiss għal Atalanta.

“L-objettiv huwa li nagħmel lit-team isir aktar b’saħħtu u komplet, iżda dan ma jfissirx li jkollok terġa’ tirbaħ l-Europa League.”

Ekonomija

Sport