Saturday, May 18, 2024

Gianluca Atzori jirriżenja minn coach ta’ Floriana

Aqra wkoll

Gianluca Atzori rriżenja minn coach ta’ Floriana wara qbil reċiproku mal-kumitat tal-club.

Il-coach Taljan kien ilu fir-responsabbiltá tat-team għal dawn l-aħħar sentejn fejn fl-ewwel staġun, il-Greens temmew fit-tieni post tal-clubs u rebbieħa tal-FA Trophy meta fil-finali għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1. 

Iżda fl-istaġun li għadda huma spiċċaw f’nofs il-klassifika liema pożizzjoni kienet ferm diżappuntanti. 

Din ir-riżenja ġiet konfermata fi stqarrija tal-club li kienet tgħid: 

“Floriana Football Club  jikkonferma li l-coach, Gianluca Atzori, ħalla l-pożizzjoni tiegħu b’effett immedjat.

“Il-club jixtieq jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn is-Sur Atzori għall-isforzi tiegħu matul il-perjodu li għamel mal-club.

“Il-proċess tal-ħatra ta’ coach ġdid diġà għaddej u l-club se jaġġorna lill-partitarji fil-ġranet li ġejjin.”

Jidher li Floriana se jingaġġaw lil Darren Abdilla hekk kif it-taħdidiet jinsabu fi stadju avvanzat … li miegħu jista’ jieħu wkoll lill-assistant tiegħu, Andrew Cohen, li għal dawn l-aħħar snin ħadmu flimkien fit-team ta’ Gzira United. 

Sport