Friday, April 26, 2024

Sparatura fatali qrib l-eqdem sinagoga fl-Afrika

Gwardjan joqtol lis-sieħba tiegħu...

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Gwardjan allegatament qatel lis-sieħba tiegħu qabel ma fetaħ in-nar fuq il-viżitaturi u l-forzi tas-sigurtà qabel ma nqatel hu stess. Kawża t’hekk żewġ viżitaturi u żewġ gwardjani tas-sigurtá nqatlu f’attakk bl-armi qrib l-eqdem sinagoga tal-Afrika, fil-gżira Tuneżina ta’ Djerba.

L-attakk seħħ waqt pellegrinaġġ annwali lejn il-gżira, li għalih jattendu viżitaturi Lhud mill-Ewropa kollha u l-Iżrael. Midja internazzjonali rrapurtat li wieħed mill-viżitaturi maqtula kien ċittadin Franċiż u li b’kollox indarbu madwar ħames membri tal-forzi tas-sigurtà.

Din mhijiex l-ewwel darba li s-sinagoga ta’ 2,500 sena ilu fl-Afrika ġie fil-mira ta’ xi attakk. Dan hekk kif fl-2002, kien hemm attakk permezz ta’ bomba li qatlet iktar minn 20 persuna fil-gżira.

Sport