Sunday, April 14, 2024

Gianluca Dingli jinħatar team manager tat-tim uffiċjali BRM

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Kyle Micallef ikkonfermat bħala sewwieq uffiċjali tal-BRM

Gianluca Dingli, Sewwieq ta esperjenza tal-Karting, agent lokali tal-BRM u sewwieq tal-BRM issa inħatar team manager tat-tim uffiċjali BRM. Pożizzjoni bla preċedent għal Malti.

Zani, sid ta’ BRM Racing Team qal, “Aħna ċerti b’din l-għażla; kellna l-opportunita’ nsegwu lil Gianluca maż-żmien, bħala bejjiegħ tal-marka tagħna, bħala sewwieq. Dejjem innutajna kemm dejjem jagħmel sforz f’kollox u fuq kollox kemm hu marbut mal-marka tagħna, allura żgur li se jpoġġi l-istess impenn u dedikazzjoni issa bħala team manager. Jaf jikkoordina kollox u fuq kollox jimmaniġġja ir-riżorsi umani bl-aħjar mod possibbli, isaħħaħ s-sewwieqa u jigħnhom jikbru, ir-riżultati jagħtuna raġun.

Nilqgħu lil Gianluca, ninsabu kunfidenti li se jġib suċċessi oħra, u fuq kollox, se joħloq tim ta’ professjonisti fejn kulħadd ikollu mira komuni biex jikseb riżultati għal BRM RACING.”

Gianluca Dingli, team manager tat-tiġrijiet uffiċjali tal-BRM qal, “Ninsab ferħan u kburi li ġejt magħżul minn Brm biex nimla dan ir-rwol importanti. Minn meta kelli 14-il sena, ilni marbut mal-Brm, speċjalment fl-aħħar 12-il xahar għamilna wkoll biċċa xogħol kbira f’Malta. L-għan tiegħi huwa li nara lil Brm b’riżultati eċċellenti u li nara grupp magħqud bl-istess skop, se nagħti l-enerġija kollha tiegħi, l-esperjenza tiegħi, u naqsam kollox mal-kollegi biex niksbu ir-riżultati. Nirringrazzja lil kulħadd fil-Brm talli tani din l-opportunità.”

Kyle Micallef, sewwieq tal-karting żagħżugħ immexxi minn Dingli ġie kkonfermat ukoll bħala sewwieq uffiċjali tal-Brm.

Ekonomija

Sport