Tuesday, May 14, 2024

Gianni Infantino kkritikat wara l-proposta li kull pajjiż għandu jsemmi ground għal Pelé

Aqra wkoll

Il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, ġie kkritikat wara li sejjaħ lill-Assoċjazzjonijiet kollha tagħha biex isemmu ground għal Pelé li miet fid-29 ta’ Diċembru, fl-etá ta’ 82 sena, wara marda tal-kanċer fl-imsaren. 

Il-funeral tal-leġġendarju Brażiljan beda nhar it-Tnejn fejn il-ġisem tiegħu kien espost għall-pubbliku għal 24 siegħa fil-ground ta’ Santos, Estadio Urbano Caldeira, biex imbagħad it-Tlieta kellu jindifen f’ċerimonja privata. 

Infantino kien wieħed mill-persuni distini li marru jagħtu l-aħħar tislima lil Pelé.

Peró, is-suġġeriment ta’ Infantino ġie kkritikat fuq il-media soċjali għall-imprattikabbiltà tiegħu. Bla dubju, din il-proposta mhijiex ċara kif kull assoċjazzjoni nazzjonali se tasal għal deċiżjoni dwar liema ground se ssemmi mill-ġdid u jekk il-partitarji tal-clubs milquta humiex se jaqblu mal-proposta.

Il-Kap tal-FIFA kien qed jitkellem mal-ġurnalisti waqt il-funeral u żvela l-pjani tal-organizzazzjoni tiegħu biex ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet jibqa’ mfakkar għal dejjem. 

“Se nitolbu wkoll lil kull pajjiż fid-dinja biex isemmi wieħed mill-grounds tal-football tagħhom bl-isem ta’ Pelé,” huwa qal.

Peró ir-risposta ta’ bosta fuq il-media soċjali kienet li dan is-suġġeriment xejn ma huma prattiku. Il-fatt li Pelé jifforma parti mill-istorja tal-Brażil ma jfissirx li huwa jifforma parti mill-istorja ta’ pajjiż ieħor. Huwa fatt li jibqa’ l-akbar player li qatt rat id-dinja  … iżda ma jagħmel l-ebda sens li kull pajjiż isemmi stadium għalih.

Sport