Fi stqarrija maħruġa minnu l-Partit Nazzjonalista qal li hija gidba li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista mhuwiex ser jikkontesta kontra Robert Abela fuq il-ħames distrett.
L-istqarrija tkompli li Bernard Grech mhuwiex ser jibdel id-distretti li fihom ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Id-distretti li fihom ser jikkontesta Bernard Grech huma dawk imħabbra, jiġifieri il-ħames u l-ħdax-il distrett.