Monday, May 13, 2024

Waterpolo: Malta ttemm l-impenji b’telfa kbira kontra r-Rumanija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta…………………4

Rumanija…………18

(1-5, 0-2, 2-3, 1-8)

It-team nazzjonali Malti tal-waterpolo temm l-impenji tiegħu fi Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej b’telfa kbira ta’ 18-4 kontra r-Rumanija. Madankollu, Malta, xorta waħda kisbet il-kwalifikazzjoni hekk kif fil-jumejn ta’ qabel għelbet lill-Irlanda u lil-Litwanja rispettivament.

Ir-Rumeni għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Vlad Luca Georgescu, Andrei Fulea Tudor minn man-up wara li tkeċċa Jordan camilleri, Andrei Priotea ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa l-captain Matthew Zammit, Istvan Czenk Ferenc u Vlad Luca Georgescu minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin. Dan filwaqt li Jeremy Abela minn man-up wara li tkeċċa Dragomiresci kien ġab l-iskor indaqs momentarjament għall-Maltin.

Ir-Rumeni komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers għalihom ikunu Mihnea Gheorghe u Radu Neamtu Andrei.

Bir-rebħa diġá assigurata, fit-tielet sessjoni, ir-Rumeni naqsu ftit mir-rendiment tagħhom u rebħuha bl-iskor strett ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Vlad Luca Georgescu minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea, Mihnea Gheorghe u Andrei Fulea Tudor. Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Levente Vancsik u Liam Galea wieġbu għall-Maltin.

Il-Maltin ikkrollaw għal kollox fl-aħħar sessjoni u sfaw megħluba bl-iskor kbir ta’ 8-1, bil-goals għar-Rumeni jaslu minn Andrei Radu Neamtu (2), Vlad Luca Georgescu, Andrei Fulea Tudor (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ben Plupton, Levente Vancsik minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Ben Plumpton, Andrei Prioteasa u Alexandru Vatrai minn sitwazzjoni ta’ ragel iktar wara li tkeċċa Matthew Zammit. 

Malta: 1-Nicky Grixti, 2-Jake Muscat, 3-Andreas Galea, 4-Jamie Gambin, 5-Darren Zammit, 6-Matthew Zammit, 7-Ben Plumpton, 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (1), 10-Liam Galea (2), 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (1), 13-Jake Tanti Coach: Karl Izzo

Rumanija: 1-Marius Tic, 2-Andrei Radu Neamtu (3), 3-Alexandru Vatrai (1), 4-Mihnea Gheorghe (2), 5-Alexandru Gheorghe, 6-Andrei Prioteasa (2), 7-V. Dragomirescu, 8-Andrei Fulea Tudor (4), 9-Silvian Colodrovschi, 10-Vlad Luca Georgescu (4), 11-Istvan Czenk Ferenc (1), 12-Levente Vancsik (1), 13-Adrian Mihaluta Coach: Athanasios Kechagias

Referees: Erwin Schapper (Olanda), Tomi Kavcic (Slovenja) 

Sport