Saturday, February 28, 2026

Ġieli smajtu bil-kundizzjoni tiegħi? … Jien għandi Tuberous Sclerosis – type 2

Aqra wkoll

“Ġieli smajtu bil-kundizzjoni tiegħi? Jien għandi Tuberous Sclerosis – type 2 Kundizzjoni rari fejn għandi ħafna benign tumors mal-ġisem kollu li jaffettwaw diversi organi bħall-moħħ, il-qalb, il-kliewi, il-pulmun, il-ġilda u oħrajn. Kuljum ituni seizures (muscular spasms). Ma nitkellimx u nitgħallem b’mod differenti”.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook: Guilherme’s Journey of Hope, fejn propju fil-Jum Dinji tal-Mard Rari qasmu messaġġ dwar il-kundizzjoni ta’ binhom Guilherme.

Huma qalu; ” Għandi bżonn ħafna kura, ħafna paċenzja u iktar min jifhimni. Imma jien xorta tifel bħal tfal oħra. Inħobb nidħaq. Inħobb nilgħab. Inħobb noħlom. Kull persuna bit-TSC hija differenti”

Spjegaw kif xi jiem huma diffiċli ħafna imma bl-imħabba u bl-appoġġ, dan it-tifel dejjm jipprova jibqa’ miexi ’l quddiem, pass pass.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport