Thursday, December 26, 2024

Gigant Well u Galerno Valou jirbħu l-finali rispettivi

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

It-Tnax -il laqgħa tal-istagun li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-Marsa kienet tikkonsisti minn maratona ta’ tlettax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Minn dawn spikkaw l-aktar żewġ finali mill-kampjonati Assikura għal żwiemel tal-klassijiet Gold u Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebħu minn Gigant Well u Galerno Valou rispettivament. 

Fil-finali tal-klassi Gold, id-Daniz Cutty Sark (Eman Attard) okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza sakemm fl-aħħar metri inqabez mill-favorit Gigant Well (Charles Degiorgio) li ħa r-raba’ rebħa nfila tiegħu. Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) u Dynamit Life (Noel Baldacchino) daħlu warajhom fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Il-finali tal-klassi Bronze kienet ikkaratterizzata minn taqtigħa bejn ħames żwiemel fid-dritta finali. Kien Galerno Valou (Redent Magro) li eventwalment qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Festin d’Avenir (Dylan Baldacchino) u Crack De Bas (Cliferty Calleja). Flash Du Rabutin (Charles Camilleri) temm fir-raba’ pożizzjoni. għal Galerno Valou din kienet it-tieni rebħa nfila tiegħu.

Fi tmiem dawn il-finali, Andrew Grech, f’isem l-isponsors, ippremja lis-sidien u sewwieqa ta’ żwiemel rebbieħa. 

Il-laqgħa inkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li saret ad unur il-korsa ta’ Tallinn fl-Estonja. Din intrebħet minn Dunbar ta’ Redent Magro li ħa wkoll l-ewwel rebħa tas-sena wara li żied il-pass fl-aħħar metri. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gladiateur Flower (P. Galea) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Gentleman De Larcy (A. Cassar) 3. Fuego De Granou (D. Baldacchino) 4. Fort De France (J. Farrugia) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Djoko Des Tithais (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.21.6” (1.16.3”) 2. French Arctic (N. Baldacchino) 3. Un Du Buisson (C. Vassallo) 4. Galaxie d’Azur (P. Galea) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Infinite Knigħt (Ch. Degiorgio) 4. Valseme (N. Baldacchino) 

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1.  Grace d’Auberville (C. Caruana) Ħin – 3.23.7” (1.17.1”) 2. Dakota Atout (N. Baldacchino) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Giminy Cricket (P. Galea) 

V Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Fakir De Mone (D. Cortis) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Double Sans Faute (M. Mifsud) 3. Concerto Cehere (E. Spiteri) 4. Rasputin LG (R. Cassar)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) Ħin – 3.29.4” (1.19.3”) 2. Blue Nigħt (R. Schembri) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Evident Charm (M. Tanti)

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Diam Orange (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Caline De Mai Capo (C. Calleja) 3. Diego JYL (J. Zahra) 4. Coquin De Cessevil (R. Briffa) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Gringo Boko (C. Camilleri) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Keep Me Tooma (R. Gatt) 3. Bilton (D. Baldacchino) 4. Neverendingdream (C. Vassallo) 

IX Tiġrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Galerno Valou (R. Magro) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) 3. Crack De Bas (C. Calleja) 4. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) 

X Tiġrija. Tiġrija Tallinn Hippodrome. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Dunbar (R. Magro) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Onceforall Face (B. Hili) 3. Unstoppable (C. Calleja) 4. Virus (M. Ellul)

XI -il Tiġrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Cutty Sark (E. Attard) 3. Doudou De Bouere (J. C. Pace) 4. Dynamit Life (N. Baldacchino) 

XII -il Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gallita (Charlton Gauci) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Very Good Touchois (Noel Baldacchino), 3. Giotta Buissonay (Rodney Gatt), 4. Boko Won (Sam Cassar).

XIII -il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Cyrus d’Alci (Cliferty Calleja) – Ħin 3.22.55” (1.16.7”), 2. Diza du Courtille (Ivan Stivala), 3. Ami de Clerlande (Noel Baldacchino), 4. Avenir d’Or (Carl Caruana).

Ekonomija

Sport