Wednesday, April 24, 2024

Gigant Well u Rally Hans jispikkaw fis-semifinali Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-23 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Minn dawn spikkaw l-aktar iż-żewġ semifinali mill-kampjonat tat-Tazza Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebħu minn Gigant Well u l-ġdid Żvediż Rally Hans. Paul Galea temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet. 

Miż-żewġ semifinali Premier tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Fl-ewwel semifinali, Aros Line (Marvic Bugeja) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Jefferson Dotcom (Rodney Gatt) u Enge Lincoln (Eric Bezzina). Madankollu, iż-żiemel ta’ Bugeja beda jnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel parteċipanti daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Kien f’dak il-mument li dan iż-żiemel inqabeż minn Gigant Well (Charles Degiorgio) li rreġistra s-sitt rebħa tas-sena bi ftit mill-isfidant ewlieni Kaptah (Michael Ellul) u Jefferson Dotcom. 

Rally Hans jirbaħ quddiem Antoine du Bourg

Aros Line kellu jikkuntenta bir-raba’ post minn Unstoppable (Paul Galea) u Valentino Strix (Ludvic Ghigo). Gigant Well kellu medja tajba ferm ta’ 1.13.8” fil-kilometru. Ta’ min wieħed jirrimarka li din kienet l-400 rebħa ta’ Charles Degiorgio fil-karriera tiegħu f’Malta. 

Id-debuttant Rally Hans (Marco Refalo) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza tat-tieni semifinali tal-ogħla kategorija. Dan irnexxilu jieħu l-ewwel rebħa fl-ewwel dehra f’pajjiżna wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Antoine Du Bourg (Redent Magro).   Vincent Horse (Paul Galea) temm it-tielet minn Araw Hoss (Clint Gauci). Eagle B Butcher (Michael Sultana) u Dartagnan Sisu (Charles Camilleri) kienu l-aħħar żwiemel li għamluha għall-finali. Rally Hans kellu medja tajba ferm ta’ 1.13.5” fil-kilometru.   

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Sabacan Savage (W. Galea) Ħin – 2.44.7” (1.17’) 2. Greatandeasy C.C. (N. Azzopardi) 3. Rasputin LG (R. Cassar) 4. Big Ben (Ch. Degiorgio)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gentleman De Larcy (A. Cassar) Ħin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Digital Life (R. Gatt) 3. Look Twice (K. Galea) 4. Midnight Passion (E. Bezzina) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Waikiki Man (M. Falzon) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Fast Cash S.F. (R. Magro) 3. Classic Gal (J.P. Farrugia) 4. Simba As (J. Spiteri) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Asko Giant (P. Galea) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. I Come In Peace (M. Ellul) 3. Goliath Boko (J. Vassallo) 4. Edson Boko (J. Gafa’) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Liam Dana (P. Galea) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Lins Tanic (Ch. Degiorgio) 3. Eurythmic Sisu (K. Azzopardi) 4. French Laundry (M. Mifsud) 

VI Tiġrija. Semi Finali Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.37.9” (1.13.8”) 2. Kaptah (M. Ellul) 3. Jefferson Dotcom (R. Gatt) 4. Aros Line (M. Bugeja) 5. Unstoppable (P. Galea) 6. Valentino Strix (L. Ghigo)

VII Tiġrija. Semi Finali Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Rally Hans (M. Refalo) Ħin – 2.37.3” (1.13.5”) 2. Antoine Du Bourg (R. Magro) 3. Vincent Horse (P. Galea) 4. Araw Hoss (C. Gauci) 5. Eagle B Butcher (K. Galea) 6. Dartagnan Sisu (C. Camilleri) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Five O’Clock (P. Galea) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. M.R. Hungry Eyes (C. Camilleri) 3. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) 4. Cobbys Celeb (K. Azzopardi)  

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport