Hekk kif ħafna qegħdin ikompli jitolbu li jaqleb ftit it-temp biex b’hekk issa kulħadd jibda jidħol fl-ispirtu tal-Milied, jidher li minn għada s-Sibt sal-Ġimgħa ta’ wara se jkun riħ qawwi ħafna.
Fil-fatt skont is-sit l-Aġġornament tat-Temp, għada s-Sibt se jkollna riħ Forza 5 mil-Lbiċ. Dan se jkun biss il-bidu hekk kif nhar il-Ħadd mill-11 ta’ filgħodu ‘l quddiem ir-riħ se jkun qiegħed jonfoħ b’Forza 7 b’buffuri ta’ Forza 8 mill-Punent.
Dan faċilment jista’ jaffettwa t-traġitt bejn Malta u Għawdex.
Imbgħad mal-bidu tal-ġimgħa, ir-riħ jinzel għal Forza 5 għal 6 mill-Majjistra, iżda mhux se jdum hekk, minħabba li t-Tlieta se jerġa’ jitla’ għal Forza 7 għal 8 mill-Punent il-Lbiċ. Għal ġurnata tal-Erbgħa u l-Ħamis it-temp jibqa’ b’riħ qawwi ħafna. Ikun eżatt bħal-lum ġimgħa meta mas-sbieħ ir-riħ jinżel għal Forza 5 mill-Majjistral u jibqa’ jnaqqas bil-mod.