Friday, November 22, 2024

Ġinnasta Brażiljana ssofri injury f’għajnejha wara li taqa’ minn fuq l-uneven bars

Aqra wkoll

Il-ġinnasta Brażiljana, Flavia Saraiva, sofriet injury kerha fuq għajnejha iżda xorta waħda għenet lit-team tagħha jispiċċa fit-tielet post fid-dixxiplina tal-Ġinnastika Artistika, post qabel il-Brittanja.  

Saraiva kienet qed tipprattika fuq l-uneven bars metawaqgħet wara li tilfet il-bilanċ fuq il-lasta l-aktar għolja.

Din l-atleta ta’ 24 sena, waqgħet b’sabta kbira fuq it-tapit bil-konsegwenza li ħabtet għajnejha u beda ħiereġ ħafna demm ‘il fuq mix-xagħar ta’ għajnejha.

Meta ra hekk, il-coach tagħha mar jiġri jagħtiha l-ew­wel attenzjoni medika hekk kif hija baqgħet mal-art u ma ċċaqalqitx minħabba li stordiet. 

Iżda t-team mediku tal-post taha l-attenzjoni kollha neċessarja fejn ġiet ittrattatha wkoll il-ferita pjuttost kbira fuq għajnejha l-leminija. 

Iżda din l-injury xejn ma kienet ta’ xkiel għal Saravia fejn għenet lil sħabha jtellgħu 164.497 punti … u rebħ tal-midalja tal-bronż.

Sport