Tuesday, December 24, 2024

Ġirja kontra l-ħin biex jiġu salvati diversi persuni wara li ġġarraf il-pont f’Baltimore

Aqra wkoll

Il-Ħaddiema tas-Salvataġġ bħalissa għaddejjin b’ġirja kontra biex jiġu salvati persuni li spiċċaw fix-xmara wara li aktar kmieni ġġarraf il-pont f’Baltimore.

S’issa ħadd ma jaf eżatt kemm hemm persuni fl-ilma, iżda li hu żgur hemm 20 ħaddiema tal-kostruzzjoni li dak il-ħin kienu qegħdin jaħdmu fuq il-pont.

L-inċident seħħ hekk kif vapur tal-merkanzija baqa’ dieħel fi Scott Key Bridge bil-konsegwenza li dan iġġarraf u l-karozzi li kien hemm għaddejjin minn fuqu spiċċaw kollha fix-xmara Patapsco.

Bħalissa għaddejja ħidma mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili tal-lokal, minn voluntieri li ngħaqdu magħhom kif ukoll minn diversi għaddasa li niżlu taħt l-ilma bit-tama li jsalvaw kemm jista’ jkun nies.

Skont l-ewwel rapport jidher li mal-ħabta seħħet splużżjoni u fix-xmara spiċċaw tunnelata kbar ta’ diesel.

Fi stqarrija li ħarġu s-sidien tal-vapur qalu li l-membri tal-ekwipaġġ ħadd minnhom ma sofra xi ġrieħi. Huma wrew sogħba għal dak li ġara u sostnew li se jkunu qegħdin jikkoperaw b’mod komplet mal-investigaturi.

Ekonomija

Sport