Ġirja u Mixja ta’ 1km b’risq L-Istrina f’San Vinċenz de Paul

Aqra wkoll

Għal darb’oħra, San Vinċenz de Paul se jorganizza l-attività annwali ta’ 1km Fun Run & Walk, inizjattiva li tgħaqqad il-komunità permezz tal-isport, filwaqt li tgħin biex jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza ta’ stil ta’ ħajja attiva u b’saħħitha.

L-attività se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru 2026, fl-4.00pm, f’San Vinċenz de Paul u se tkun miftuħa għal anzjani ta’ 60 sena u iżjed u tfal sa 15-il sena.

L-inizjattiva hija wkoll opportunità sabiħa biex jinħolqu attivitajiet interġenerazzjonali li jġibu flimkien lit-tfal u lill-anzjani f’atmosfera pożittiva u ta’ divertiment. Attivitajiet bħal din huma maħsuba mhux biss biex jinkoraġġixxu lill-persuni jibqgħu attivi, iżda wkoll biex isaħħu r-rabtiet bejn ir-residenti, il-familji u l-komunità.

Il-mixja u ġirja għandha wkoll skop ta’ solidarjetà, hekk kif id-donazzjoni mar-reġistrazzjoni hija ta’ €5 u d-dħul se jmur b’risq l-Istrina. B’hekk, il-parteċipanti jkunu jistgħu jgawdu minn attività sportiva filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom għal kawża tajba.

Kull parteċipant se jingħata medalja bħala tifkira ta’ din l-okkażjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport