Friday, December 27, 2024

Glenn Micallef se jkun nominat għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew

Aqra wkoll

Glenn Micallef se jkun in-nominat ta’ Malta għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew. Dan iddikjarah il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt.

Abela ddeskriva lil glenn bħala individwu teknokratiku u li huwa kompetenti. Hawn irrefera għal meta Micallef kien iservi bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Irrimarka li f’dak il-perjodu, il-Gvern rnexxielu jinnegozja l-ikbar pakkett ta’ fondi Ewropej.

Dwar Micallef, Dr Abela kompla jgħid li dan kien l-ispalla tiegħu speċjalment fi żminijiet ta’ sfidi fil-pajjiż, fosthom matul il-pandemija tal-Covid-19. Qal ukoll li Glenn għandu għarfien speċjalizzat ta’ kif taħdem l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet.

Ekonomija

Sport