Monday, May 13, 2024

Global Undecided jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Assikura Speed Race

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Cliferty Calleja, l-Iżvediż Global Undecided rebaħ l-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni Assikura Speed Race li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni saret fuq distanza qasira ħafna ta’ 640 metru u għamlet parti mis-57 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-aqwa klassi Premier fuq distanza ta’ mil. 

Fit-tiġrija speed race ġrew b’kollox disa’ żwiemel li ġew magħżula skont il-kundizzjonijiet stabbiliti ftit tal-jiem ilu. Dawn iż-żwiemel ġew raggruppati fi tliet heats li saru konsekuttivament bir-rebbieħ minn kull heat ipparteċipa fit-tiġrija finali, dejjem fuq distanza qasira ħafna ta’ 640 metru. L-ewwel heat intrebħet minn Doosty ta’ Noel Baldacchino; Global Undecided u Cliferty Calleja rebħu t-tieni waħda u Surf’N Turf u Charles Camilleri t-tielet u l-aħħar heat.

Meta eżatt wara saret il-finali kien Global Undecided (Cliferty Calleja) li kien il-ħin kollu quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel b’tul u nofs minn Doosty (Noel Baldacchino). Fi tmiem din il-finali, Andrew Grech f’isem l-isponsors ippremja lil Josef Cassar, Ryan Dimech u Cliferty Calleja, is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ.

Fl-uniku tiġrija tal-aqwa klassi Premier, kif mistenni Crack Money (Paul Galea) iddomina tul id-distanza biex akkwista d-disa’ rebħa konsekuttiva u l-għaxar waħda f’Malta minn Caid Sly (Ludvic Ghigo), Caucasien (Rodney Gatt) u Caprice De Cosse (Mario Fenech). 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Good Buzz (K. Galea) Ħin – 2.04.2” (1.15.7”) 2. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 3. Idoline Du Perreux (C. Vassallo) 4. Invite De Star (J. Zahra)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Girondin (Ch. Xerri) Ħin – 2.06.7” (1.17.3”) Heros De Claivince (Ch. Camilleri) 3. Echo Sellois (J. C. Pace) 4. Hune (M. Debono) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Daraghiu Jeep (A. Cassar) Ħin – 2.03.6” (1.15.4”) 2. Fanfaron De Chenu (R. Briffa) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Half Tege (P. Spiteri)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Ex Aequo De Cosse (J. Gafa’) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Dorlando (F. Abdilla) 3. Emeraude Jiji (N. Barbara) 4. Evita d’Estree (A. Farrugia)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Felicio Du Joamax (J. Zahra) Ħin – 2.01.3” (1.13.9”) 2. Fighter Dancer (R. Magro) 3. Dreams Happen (N. Baldacchino) 4. Dream Cash (Ch. Degiorgio) 

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Good Job (J. Bartolo) Ħin – 2.02.4” (1.14.7”) 2. Geisha De Melodie (Ch. Degiorgio) 3. Emissoro (R. Schembri) 4. El Camino De Lou (M. Mifsud) 

VII Tiġrija. Finali Assikura Speed Race. Klassi Open. Dist – 640m. 1. Global Undecided (C. Calleja) Ħin – 1.07.7” 2. Doosty (N. Baldacchino) 3. Surf’N Turf (C. Camilleri)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Crack Money (P. Galea) Ħin – 2.00.2” (1.13.3”) 2. Caid Sly (L. Ghigo) 3. Caucasien (R. Gatt) 4. Caprice De Cosse (M. Fenech)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. First Love M.L. (R. Gatt) Ħin – 2.04” (1.15.6”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Mac Smily (P. Galea) 4. Flash De Celland (D. Ellul)

Sport