Żewġ goals fl-aħħar ħinijiet tal-ħin barrani poġġew lil Manchester United fis-semi-finali tal-UEFA Europa League meta fit-tieni leg tal-kwarti-finali huma għelbu lil Lyon bl-iskor ta’ 5-4 biex għaddew b’aggregate ta’ 7-6 … b’dawn tal-aħħar lagħbu l-ħin barrani kollu bi player inqas
Man Utd v Lyon – Wara d-draw ta’ 2-2 fi Franza, Manchester United dehru li kienu resqin lejn rebħa komda meta f’dan it-tieni leg huma daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ żewġ goals li waslu minn Manuel Ugarte (10) u Diogo Dalot (45).
Iżda Lyon kellhom ideat oħra hekk kif irkupraw dan id-defiċit u skorjaw darbtejn minn Corentin Tolisso (71) u Nicolas Tagliafico (78) biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Iżda fid-89 minuta, Lyon kellhom lil Tolisso mkeċċi għal żewġ karti sofor.
Peró, Rayan Cherki (105) u Alexandre Lacazette (110 pen) bnew vantaġġ ta’ żewġ goals għal Lyon u meta kollox kien qed jindika li bbukjaw posthom fis-semi-finali, ir-Red Devils skorjaw tliet darbiet minn Bruno Fernandes (114 pen), Kobbie Maino (120) u Harry Maguire (121).
Athletic v Rangers – Athletic Bilbao għelb lil Rangers bl-iskor ta’ 2-0 biex ikkwalifikaw bl-istess skor wara li fl-ewwel leg temmew fi draw ta’ 0-0.
L-iskorers kienu Oihan Sancet (45 pen) u Nico Williams (80).
Lazio v Bodo-Glimt – Lazio sfaw eliminati 3-2 bil-penalties wara aggregate ta’ 3-3.
Huma rebħu t-tieni leg bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Valentin Castellanos (21), Tijjani Noslin (90) u Boulaye Dia (100) filwaqt li Andreas Helmersen (109) wieġeb għan-Norveġiżi.
Eintracht F. v Tottenham – Barra minn darhom, Tottenham irreġistraw rebħa ta’ 1-0 fuq Eintracht Frankfurt wara li f’Londra spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex għaddew b’aggregate ta’ 1-0.
Il-goal important wasal żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima minn penalty ta’ Dominik Solanke.