Tuesday, December 24, 2024

Goalkeeper b’dixxindenza Maltija jingħaqad ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Awstraljan b’dixxindenza Maltina ta’ Adelaide United, Joe Anthony Gauci ta’ 23 sena, li kien ukoll fl-iskwadra Awstraljana fit-Tazza Asjatika, ingħaqad mal-club tal-Premier League Ingliż, Aston Villa, b’kuntratt sa Ġunju 2028, wara li għamel it-test mediku b’suċċess fil-Qatar stess, il-pajjiż li qed jorganizza dan it-tournament internazzjonali.

Dan il-goalkeeper li huwa twil sitt piedi u nofs, twieled bil-belt ta’ Adelaide minn missier Malti u omm Awstraljana.

Għalhekk, kien ukoll eliġibbli li jilgħab għal Malta qabel iddeċieda li jilgħab mas-Socceroos.

 Huwa beda l-karriera tiegħu ma’ West Torrens Birkalia qabel ma rċieva borża ta’ studju ma’ Central Coast Mariners. Sussegwentement, huwa ngħaqad ma’ Adelaide City u Melbourne City qabel ma ffirma kuntratt ta’ borża ta’ studju ma’ Adelaide United fl-2020. Huwa għamel id-debutt tiegħu fl-A-League fl-2021.

 Internazzjonalment, Joe Gauci ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-team nazzjonali Awstraljan, fl-2022, u ddebutta f’partita ta’ ħbiberija fl-2023 kontra l-Ekwador.

Huwa ssieħeb mal-Villans proprju fil-jiem li għaddew u se jkun is-sostitut tal-Arġentin Emiliano Martinez, li rebaħ il-premju tal-Ingwanta tad-Deheb bħala l-aqwa goalkeeper, fit-Tazza tad-Dinja 2022, li ntlagħbet fil-Qatar.

Ekonomija

Sport