Friday, July 26, 2024

FA Trophy: Rebħa komda għal Marsaxlokk kontra Swieqi United

Aqra wkoll

Marsaxlokk….…3

Swieqi Utd………0

Marsaxlokk ikkwalifikaw mal-aħħar tmienja meta għelbu lit-team miċ-Challenge League, Swieqi Uni­ted, bl-iskor ta’ 3-0.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet l-għaxar darba fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni li Marsaxlokk laħqu l-kwarti-finali.

Barra minn hekk, din ir-reb­ħa tax-Xlukkajri setgħet kienet akbar fejn dehret id-differenza bejn iż-żewġ timijiet.

Huma fetħu l-iskor fis-26 minuta mill-Brażiljan, Yuri De Jesus Messias (26).

Fit-tieni taqsima, huma żiedu l-pressjoni u skorjaw darbtejn oħra minn doppjetta tan-Niġerjan Sunday Akinbule (52, 60).  

Marsaxlokk: 1-Matthew Calleja Cremona (37-Anson Saliba 84), 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl Micallef (7-Nevin Portelli 72), 6-Nikolai Muscat (9-Fabricio Brener 65), 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici, 17-Jacob Walker (8-Jake Ghio 65), 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule (26-Sami El Anabi 72), 94-Jose Fernando Gomes Junior – Coach: Winston Muscat

Swieqi U.: 12-Jean Claude Debattista, 2-Luke Anthony Muscat, 5-Deacon Abela, 9-Federico Vasichik, 11-Alan David Schembri Wismayer, 16-Matthew Xuereb (14-Nicholas Pisani 64), 19-Blessing Brafo, 23-Leonardo De Bortoli (88-Lenny Mattocks 70), 24-Juan Cruz Aguilar (22-Yusuf Suleiman 72), 45-Paulo Bento Do Vale (17-Kieran Curmi 85), 77-Jean Borg (33-Sylvester Siaw 64) – Coach: Pablo Doffo

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Luke Portelli, Jareth Grima

Raba’ Uffiċjal: Jo-Anna Vassallo

Skorers: Y. De Jesus Messias 26, S. Akinbule 52, 60 (M)

Ammoniti: J. Cruz Aguilar (S)

Ekonomija

Sport