Wednesday, July 24, 2024

Gol: Andy Borg iżomm it-titlu tal-Johnny Walker Scratch Challenge Cup

Aqra wkoll

Andy Borg rebaħ il-Johnny Walker Scratch Challenge Cup tal-golf sabiex żamm it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra.

Ma kinitx biċċa xogħol faċli għall-golfer Malti li kellu jegħleb l-isfida ta’ Tore Lindtveit li għal ħafna mill-ħin kien fl-ewwel post.

Madankollu kien hemm rimonta tajba min-naħa ta’ Borg li wara bidu xi ftit kwiet, kellu punteġġ ta’ 66 gross li telgħulu 137 punt, biżżejjed biex jgħaddi lil Brian James li saħansitra qabeż lil Lindtveit bi żbrixx b’ Andy Featherstone li segwa.

Fl-istess waqt intlagħbet ukoll il-Kinnaird Trophy li fiha bbrilla Martin Johansson b’Thomas Jacobsen li spiċċa fit-tieni post u Paddy Mann li kellu jikkuntenta bit-tielet pożizzjoni.

Fi tmiem l-avveniment, ir-rebbieħa ġew ippreżentati bit-trofej mill-kaptan tar-Royal Malta Golf Club Jay Jay Micallef fil-preżenza tas-sur Alfred Braddick f’isem M Demajo Wines and Spirits.

Ekonomija

Sport