Thursday, July 30, 2026
Home Sport Golf: Malta tavvanza għall-kwarti-finali fil-European Team Shield Championships 2026

Golf: Malta tavvanza għall-kwarti-finali fil-European Team Shield Championships 2026

0
2

Fit-tieni ġurnata tal-European Team Shield Championships 2026, li qed isiru fir-Royal Malta Golf Club, kien hemm wirjiet mill-aqwa mit-timijiet Maltin kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, Malta temmet il-fażi tal-Individual Stroke Play fit-tielet post b’total ta’ 204 b’punteġġ ta’ -3, wara l-Bulgarija u Ċipru. Ruud Critien u Oliver Davis kienu l-aqwa Maltin meta t-tnejn irreġistraw skor ta’ 67 (-2), filwaqt li JJ Micallef Verlest spiċċa b’70 (+1) u Andrew Borg bi 72 (+3). B’dan ir-riżultat, Malta kisbet post fil-kwarti tal-finali u llum se taffaċċja lir-Rumanija f’konfront tal-match play.

Anke t-tim tan-nisa kiseb riżultat pożittiv hekk kif temm fit-tieni post b’total ta’ 217 (+10). Elliana Buhagiar kienet l-aqwa Maltija bi skor ta’ 71 (+2), segwita minn Serena Falzon Sant Manduca b’72 (+3), filwaqt li Laya Cristina u Filippa Schulze Döring it-tnejn temmew b’74 (+5). B’hekk, Malta kkwalifikat ukoll għall-kwarti tal-finali, fejn illum se tilgħab kontra l-Ukrajna fil-match play.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here