Il-McLaren u Red Bull rebħu l-appelli tagħhom kontra r-riżultat tal-Grand Prix ta’ Monaco wara kontroversja dwar penalitá għall-veloċità eċċessiva fil-pit lane.
B’riżultat tad-deċiżjoni, Pierre Gasly ta’ Alpine tilef it-tielet post u niżel għas-seba’ post.
Is-sewwieq ta’ Red Bull, Isack Hadjar, tela’ għat-tielet post, filwaqt li Oscar Piastri ta’ McLaren ġie fir-raba’ post.
Liam Lawson u Arvid Lindblad telgħu għall-ħames u s-sitt post rispettivament.
Il-kontroversja bdiet minħabba differenza ta’ 77 ċentimetru bejn id-distanza uffiċjali tal-pit lane u l-iqsar rotta legali.
Għalkemm instab li Gasly ma kienx qabeż il-limitu skont il-kejl il-ġdid, l-FIA ddeċidiet li l-parametri ma setgħux jinbidlu retroattivament.
McLaren appellaw ukoll għax Piastri kien tilef żewġ punti minħabba din is-sitwazzjoni.




