Sunday, December 22, 2024

GP taċ-Ċina: Lando Norris fil-pole għall-isprint race

Aqra wkoll

Lando Norris għeleb lil Lewis Hamilton biex rebaħ il-pole position tal-isprint race tal-Grand Prix taċ-Ċina f’sessjoni li kienet karatterizzat minn xita kontinwa.

Is-sewwieq tal-McLaren kellu l-iktar ħin veloċi mħassar iżda mbagħad reġa’ ddaħħal fl-aħħar minuti tas-sessjoni hekk kif għeleb lil Hamilton b’1.261 sekondi.

Is-sewwieq tal-Mercedes, Hamilton, għeleb lil Fernando Alonso fuq Aston Martin b’0.714 sekondi hekk kif Max Verstappen irnexxielu jikseb ir-raba’ l-aħjar ħin.

Is-sewwieq tar-Red Bull ikkommetta bosta żbalji fuq żewġ dawriet lejn it-tmiem tas-sessjoni tiegħu.

Ekonomija

Sport