Monday, April 29, 2024

Andrea Cambiaso se jibqa’ ma’ Juventus

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem f’attivita’ sportiva organizzata f’Turin, il-midfielder ta’ Juventus Andrea Cambiaso serraħ ras il-partitarji li s-sena d-dieħla hu se jibqa’ ma’ Juventus minħabba li jinsab ferm għal qalbu magħhom.

L-eks plejer ta’ Bologna skuża ruħu mal-partitarji dwar in-nuqqas ta’ forma li urew bejn Marzu u April u wiegħed li t-tragward tal-parteċipazzjoni tal-UEFA Champions League se jasal.

Matul dan l-istaġun, il-plejer li jilbes il-flokk numru 27 skorja tliet gowls u wettaq ħames assists u kien regolari fl-ewwel ħdax tal-kowċ Massimiliano Allegri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport