Saturday, October 5, 2024

JCI tniedi l-kompetizzjoni Creative Young Entrepreneur (CYE) 

-JCI Malta bi pjaċir tħabbar it-tnedija tal-kompetizzjoni Creative Young Entrepreneur (CYE)

Aqra wkoll

Inti l-moħħ wara idea ta’ negozju innovattiva jew startup li qed tħalli l-marka tagħha fl-industrija? Dan huwa ċ-ċans tiegħek għall-visibilita` fuq pjattaforma maħsuba biex tiċċelebra l-vjaġġ intraprenditorjali u l-kreattività tiegħek. Kemm jekk inti parti mis-settur tat-teknoloġija, l-industriji tradizzjonali, jew tal-artiġjanat, nixtiequ nisimgħu mingħandek.

Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li juru n-negozji tagħhom, jiksbu espożizzjoni fost il-mexxejja tal-industrija u l-investituri, u jikkompetu għal premjijiet interessanti. Iżda dan mhux kollox—ir-rebbieħ tas-CYE ta’ din is-sena se jattendi l-Konferenza Ewropea tal-JCI f’Ġunju, fejn se jirrappreżenta lil pajjiżna u jikkompeti fuq livell internazzjonali.

“Aħna eċċitati li nniedu l-kompetizzjoni CYE u nipprovdu lill-imprendituri żgħażagħ b’opportunità li jamplifikaw l-impatt tagħhom u jingħaqdu ma’ netwerk globali ta’ dawk li jfasslu l-bidla,” qal Markus Behmann, President Passat ta’ JCI Malta. “Aħna ferħana li noffru din l-opportunità inkredibbli lill-parteċipanti tagħna biex juru t-talenti tagħhom, jiksbu għarfien siewi, u jkomplu jiżviluppaw in-negozji tagħhom.”

L-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija s-Sibt 4 ta’ Mejju, u wara l-parteċipanti jkunu mistiedna jattendu l-Pitch Workshop nhar it-Tnejn 6 ta’ Mejju. Il-finali nazzjonali tal-kompetizzjoni CYE se jsiru nhar it-Tnejn 20 ta’ Mejju, fejn il-finalisti se jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-proġetti tagħhom lill-ġurija u jikkompetu għat-titlu tar-rebbieħ tas-CYE ta’ JCI Malta tal-2024.

Titlifx iċ-ċans li tkun parti minn dan il-vjaġġ inkredibbli. Irreġistra għall-kompetizzjoni CYE illum!

Għal aktar informazzjoni, u biex tirreġistra, żur jci.org.mt.

Sport