Sunday, December 22, 2024

Grati għall-għajnuna li sabu biex binthom bdiet tingħata t-terapija f’pajjiżna

Aqra wkoll

Omm ta’ tifla ċkejkna li kien se jkollha ttella’ lil bintha Londra sabiex tingħata terapija li mhix disponibbli f’pajjżina, fl-aħħar sigħat għadha kemm qasmet aħbar pożittiva ferm fejn qalet li matul dawn il-ħamest ijiem (jibdew mil-lum), se jkun hawn persuna speċjalizzata f’din it-terapija u għalhekk bintha se tingħata t-terapija f’Malta stess.

F’kitba li qasmet fuq il-paġna ta’ Facebook, ‘Jasmine’s Journey’, hija spjegat li: “Konna lesti li ntellgħu lil Jasmine Londra biex tesperjenza din it-terapija. Imma grazzi għall-għajnuna li sibna minn diversi nies, mil-lum Jasmine bdiet din it-terapija — li tissejjaħ ‘ABM intensive’ (Anat Baniel Method) — hawn Malta stess”. L-omm fissret li din it-terapija “Tgħin lill-moħħ jipprogressa bl-użu ta’ movimenti żgħar sabiex jgħinu joħolqu ‘neuro pathways’ ġodda”.

Hija kompliet tispjega li l-persuna li se tkun assenjata mit-terapija ta’ Jasmine se toffri lil bintha programm ta’ terapija li permezz tagħha se tkun tista’ timxi ‘l quddiem fil-bżonnijiet tagħha.

Ekonomija

Sport