Bħal ma jgħid il-qawl Malti, il-Providenza ta’ Alla tipprovdi. Grazzi għad-donazzjonijiet li nġabru mill-pubbliku, il-familja Galea, inkluż it-tewmin Len u Jacob li jbagħtu minn Infantile Refsume Disease magħrufa bħala ‘Zellweger’, qed igawdu minn lift ġdid ġewwa d-dar tagħhom.
Permezz ta’ dan l-investiment, dan se jkun ta’ għajnuna kbira minħabba l-mobilita’ tat-tewmin. F’intervista li konna għamilna ma’ Brian Galea, missier it-tewmin, kien spjegalna li din il-kundizzjoni tirrikjedi li jsiru ħafna tipi differenti ta’ terapiji u li l-ispejjeż tagħhom mhumiex ftit.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni fuq dawn; IBAN: MT04 VALL 2201 3000 0000 5001 4493 242 , GoFundMe: https://www.gofundme.com/f/len-jacob-wellness-fund u Revolut or BOV mobile: 99875178
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook: Len and Jacob Wellness Fund.